Merħba għal Festalingwi - ċelebrazzjoni tal-lingwi u l-kulturi tal-Ewropa għal kulħadd.
Ingħaqad magħna nhar il-Ħadd 19 ta’ Ottubru, mill-ħdax ta' filgħodu sas-sebgħa ta' filgħaxija, fil-Kampus tal-Belt Valletta tal-Università ta’ Malta għall-programm imżewwaq u divertenti. Wara nistidnuk tibqa' magħna għall-kunċert Ħoss il-Malti li ser jibda fis-sebgħa ta' filgħaxija.
Kull sena l-Ewropa tfakkar il-Jum Ewropew tal-Lingwi, li fih niċċelebraw il-wirt lingwistiku u kulturali tal-Ewropa.
F’Malta, dan se nagħmluh billi ninġabru biex għal ġurnata, ingawdu u niskopru s-sabiħ li toffrilna l-lingwa, billi nippruvaw xi lingwa ġdida, nilagħbu logħba jew tnejn bi lsienna, u ngawdu mużika vivaċi f’atmosfera mill-isbaħ.
Ara l-programm miżgħud b'attivitajiet.
Ir-ritratti juru għadd ta’ attivitajiet li saru matul il-festalingwa 2024.
Ritratti meħudin minn: Elisa von Brockdorff