11:30 | 16:00 Lingo Bingo
L-etajiet kollha
Fi stil ta’ speed-dating, l-għalliema voluntiera minn Blue Door Education se jiggwidawk fl-elementi bażiċi tal-lingwi nattivi tagħhom, u jgħallmuk vokabolarju u frażijiet utli, f’lezzjonijiet qosra.
Post: Ġibsoteka, It-Tieni Sular
12:00 Linguistics Olympiad Workshop
Etajiet: 14+
L-International Linguistics Olympiad tisfida lill-parteċipanti janalizzaw il-grammatika, l-istruttura, il-kultura u l-istorja ta’ lingwi differenti, u li juru l-ħiliet lingwistiċi tagħhom permezz ta’ taħbil il-moħħ u logħob ta’ soluzzjoni ta’ problemi.
Tilqagħha l-isfida?
Tul: 60 minuta
Post: Il-Librerija, L-Ewwel Sular
14:30 Inqabblu l-allat Griegi
L-etajiet kollha
Il-Ġibsoteka tal-Valletta Campus se sservi ta’ sfond għall-verżjoni lokali tal-Monti Olimpu, fejn il-parteċipanti se jitgħallmu ftit Grieg permezz ta’ logħba interattiva bbażata madwar il-karattri tal-mitoloġija tal-Greċja tal-qedem.
Tul: 60 minuta
Post: Ġibsoteka, It-Tieni Sular
16:00 Il-Finali ta’ Żanżan Kelma
Reġistrazzjoni magħluqa
Studenti żgħażagħ minn madwar Malta u Għawdex juru x’jafu f’din il-kompetizzjoni tal-ispellija, organizzata mill-Għaqda tal-Malti.
Post: Aula Prima, It-Tieni Sular
16:00 Let Me Hear Your Thoughts (workshop)
Etajiet: 11-15
Ever find your brain buzzing with ideas whilst reading, but they just swirl around without landing anywhere? In this workshop we invite you to join us on an exploratory journey connecting your reading and your thoughts. Through short readings and interactive activities, we’ll explore how giving voice to your thoughts can change the way you make sense of words on the page.
Tul: 30 minuta
Post: Room 5, Il-Pjan Terran
17:00 Kwiżżikk
Wara s-suċċess tal-ewwel edizzjoni, jirritorna Kwiżżikk, organizzat mid-Dipartiment tal-Malti. Din id-darba, il-mistoqsijiet se jieħdu spunt minn erba’ diski Maltin. Taf biżżejjed dwar il-Malti biex tirbaħ? Għaqqad tim ta’ żewġ jew tliet persuni u naraw!
Irreġistra biex tieħu sehme.
Tul: 90 minuta
Post: Room 3, Il-Pjan Terran