11:00-19:00 Ipprova l-interpretazzjoni!
Tinqala’ għal-lingwi u ma ddumx taħsibha? Qatt immaġinajt x’jiġifieri tkun interpretu f’laqgħat internazzjonali, bħal dawk li jsiru fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea? Mela din għalik. Ipprova l-interpretazzjoni inti stess f’kabina tal-interpretazzjoni professjonali, bil-gwida ta’ interpreti u edukaturi esperjenzati mill-Kummissjoni Ewropea u l-Università ta’ Malta.
11:00-17:00 L-Ispazju tas-Sinjali
L-etajiet kollha
Tgħallem ftit elementi bażiċi tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija flimkien mal-kelliema ta’ din il-lingwa li bħalissa qegħdin jistudjaw biex jibdew jgħallmuha. M’hemmx ħinijiet fissi – għaddi s’hawn u tgħallem ftit sinjali magħna!
Din l-attività qed tiġi kkoordinata mill-Istitut tal-Lingwistika u tat-Teknoloġija tal-Lingwa, bis-sehem ta’ membri mill-komunità tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija.
Post: Room 2, Il-Pjan Terran
11:30 | 13:00 Sessjonijiet tal-Ukren
L-etajiet kollha
Għalliema mill-komunità Ukrena f’Malta se jkunu qed jintroduċu l-lingwa Ukrena lill-parteċipanti.
Tul: 30 minuta
Post: Room 2, Il-Pjan Terran
13:00 | 14:30 Fina l-Ħobż – Maltese as a foreign language sessions
L-etajiet kollha
Għandek kurżità dwar il-lingwa Maltija? Jekk iva, dan il-workshop għalik! Imfassal madwar it-tema tal-ħobż, din is-sessjoni interattiva tistiednek tmidd idejk għall-Malti – u tara li tissodisfalek l-aptit.
Irreġistra biex tieħu sehem hawn.
Post: Room 3, Il-Pjan Terran
11:30 | 15:30 Nifhmu aktar il-Grieg u l-Latin
Il-Grieg tal-qedem u l-Latin mhumiex wisq mitkellma llum il-ġurnata, iżda l-influwenza tagħhom fuq lingwi oħra għadha magħna. Mur lura sal-għajn filmkien mad-Dipartiment tal-Istudji Klassiċi u l-Arkeoloġija biex tiskopri aktar dwar il-lingwi tal-poeti u l-filosofi tal-qedem.
Tul: 60 minuta
Post:
Room 6 Il-Pjan Terran fil-11:30 am
Room 3 Il-Pjan Terran fit-3:30 pm
12:00 Kwiżż u logħob bl-Ispanjol
Iddeverti bil-lingwa Spanjola f’din is-sessjoni interattiva għall-etajiet kollha!
Post: Room 4, Il-Pjan Terran
15:00 | 17:00 L-Ispanjol għal min għadu jibda
¿No hablas español? Jekk ma fhimthiex, mela din għalik. L-għalliema tagħna tal-Ispanjol qegħdin hawn biex jintroduċuk għal waħda mil-lingwi l-aktar mitkellma fid-dinja.
Tul: 45 minuta
Post: Room 4, Il-Pjan Terran
12:00 | 13:30 | 15:00 Naqra Ġermaniż
Għid „hallo und guten Tag“ lil-lingwa ta’ Einstein, Nena, u madwar 95 miljun ruħ oħra li jitkellmu l-Ġermaniż bħala l-lingwa nattiva tagħhom, mingħajr biss ma titlaq mill-Mediterran.
Tul: 30 minuta
Post: Room 5, Il-Pjan Terran
14:00 | 15:00 | 16:00 Naqra Franċiż
Skopri s-seħer tal-Franċiż permezz ta’ lezzjonijiet introduttorji għat-tfal fil-Years 5, 6 u 7! L-attivitajiet se jkopru l-istaġuni, il-ħwejjeġ, ix-xiri, l-ikel, il-flus, u l-kultura Franċiża – kollox permezz tal-logħob.
Il-ġenituri u l-gwardjani, kif ukoll l-għalliema tal-Franċiż, merħba bihom ukoll!
Se jkun hemm rigali għat-tfal, kif ukoll l-opportunità li tippubblika l-istorja tiegħek fil-post, bis-saħħa tal-Magna tad-Distribuzzjoni tal-Istejjer Qosra tal-Alliance Française.