X'inhi Festalingwi

Merħba għal Festalingwi - ċelebrazzjoni tal-lingwi u l-kulturi tal-Ewropa għal kulħadd.

Festalingwi, il-festival tal-lingwi, tirritorna fil-25 ta’ Ottubru 2026, fil-Valletta Campus tal-Università ta’ Malta, bejn il-11:00 u s-19:00.

Għandna programm imżewwaq b’aktar minn 14-il lingwa minn madwar l-Ewropa – b’logħob, lezzjonijiet, workshops, taħditiet u spettakli għal nies ta’ kull età u livell ta’ ħiliet . Minn qari għaż-żgħar nett, sa lezzjonijiet, logħob u attivitajiet għat-tfal; sa workshops tal-kitba u taħditiet għal udjenzi aktar maturi – Festalingwi għandu xi ħaġa għal kulħadd!

Din is-sena Festalingwi se jkollha s-sehem speċjali ta’ Kurt Rumbajsa, li se jieħu l-formola informattiva u umoruża tiegħu lejn il-lingwa mill-iskrin għal “X’Antipatija ta’ Kwiżż!” li fih il-parteċipanti mistennija jieħdu gost daqs kemm jiffrustraw ruħhom, waqt li jiskopru affarijiet ġodda fuq il-lingwa.

Il-Festival se jintemm bil-kunċert Ħoss il-Malti (19:00-21:00), bis-sehem ta’ Ġizimina u Nadine Axisa.

Id-dħul għall-attivitajiet kollha huwa b’xejn.

Festalingwi hija attività tal-Jum Ewropew tal-Lingwi organizzata mid-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta bi sħab mal-Università ta’ Malta, bl-appoġġ tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, u bis-sehem impresszabbli ta’ bosta volontiera minn oqsma differenti.

Il-programm huwa miżgħud b'ħafna attivitajiet.



Ir-ritratti juru għadd ta’ attivitajiet li saru matul il-festalingwa 2024.
Ritratti meħudin minn: Elisa von Brockdorff

 

Collage of photos of a number of activities held during festalingwi '24

https://www.um.edu.mt/festalingwi2026/dwar/